Wednesday, March 27, 2024

Tkompli l-mewġa ta’ każi ta’ Covid-19 fl-Ewropa; Kważi elf każ ġdid fil-Polonja bi 28 imwiet

Aqra wkoll

Il-mewġa ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 madwar l-Ewropa kompliet, bil-Ministeru għas-Saħħa Pollakk iħabbar kważi elf każ ġdid u 28 każ ta’ mwiet. Fil-Polonja b’kollox mietu 2,344 persuna kaġun tal-Covid-19.

Il-Ministeru żied jgħid li hemm ukoll mal-114,000 persuna fi kwarantina, bi 13,768 każ attiv.

Sal-lum kienu kkonfermati kważi 32 miljun każ ta’ persuni infettati bil-Covid-19 madwar id-dinja, bin-numru tal-imwiet jammonta għal kważi miljun persuna.

L-Istati Uniti għadha l-aktar pajjiż bl-akbar numru ta’ każi ta’ coronavirus, b’aktar minn seba’ miljun każ.

Ekonomija

Sport