F’Golden Bay, kien hemm sitwazzjoni xejn kalma. Dan hekk kif tliet persuni li niżlu jgħumu fil-bajja tal-Mixquqa sabu diffikulta huma u jgħumu. Jidher li l-kurrent fil-baħar kien wieħed perikoluż.
Dan qaluh il-Malta Ranger Unit permezz tal-paġna tagħhom ta’ Facebook, fejn qalu li l-għawwiema ġew salvati minn surfers li kienu fil-bajja. Qalu li r-ranger kienu fuq il-post, ċemplu għall-ambulanza u assiguraw li l-għawwiema qegħdin jingħataw l-għajnuna fuq il-post.
Il-Malta Ranger Unit, li tieħu ħsieb l-infurzar fl-inħawi, ħeġġet lin-nies biex ma jgħumux fil-bajja u wissiet bil-periklu serju li persuna tista’ ssib ruħha fihom meta tgħum f’dawn iċ-ċirkostanzi.