Sunday, May 19, 2024

Tliet eks suldati Ġappuniżi ħatja li attakkaw sesswalment kollega mara

Aqra wkoll

Qorti Ġappuniża sabet tliet eks suldati ħatja li attakkaw sesswalment kollega mara.

Dan il-verdett ingħata wara li Rina Ganoi ta’ 24 sena kienet tellgħet l-istorja tagħha fuq Youtube fl-2022. Sussegwentement, iI-Prosekuturi ta’ Fukushima kienu ressqu akkużi kontra tliet irġiel f’Marzu.

Fl-ewwel kummenti tagħha mal-ġurnalisti, Ganoi qalet li l-verdett tal-bieraħ juri li dak li għamlu kien reat, “u għalhekk irridhom jaċċettaw dan u jirriflettu fuq l-azzjonijiet tagħhom.”

Dan kien l-ewwel verdett b’rabta m’attakk sesswali fil-Ġappun minn Ġunju meta l-pajjiż biddel il-liġijiet tiegħu dwar ir-reati sesswali, li inkludew id-definizzjoni mill-ġdid tal-istupru u ż-żieda fl-età tal-kunsens sesswali.

Dan kien ukoll riżultat ta’ snin ta’ attiviżmu wara sensiela ta’ sentenzi kontroversjali tal-Qorti li lliberaw diversi persuni. Attivisti kienu sostew li l-liġijiet preċedenti ħafna drabi kienu jiskoraġġixu lill-vittmi milli jitkellmu dwar dak li jkunu għaddew minnu.

Sport