Friday, April 19, 2024

Tliet sessjonijiet ta’ taħriġ fiżiku bla ħlas

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Self Defense, Kickboxing u Tai Chi minn Kancho Adrian Axisa b’kollaborazzjoni mal-Union Print

Miktub minn Carmen Cachia        

Illum imiss is-sessjonijiet ta’ taħriġ fiżiku online ma’ Kancho Adrian Axisa li bħalma sar f’dawn l-aħħar ġimgħat, se jagħti lezzjonijiet tal-arti marzjali għat-tfal u Tai Chi għall-kbar. Dan is-servizz għall-qarrej tagħna qiegħed isir bla ħlas online dirett mir-residenza ta’ Axisa fil-perjodu partikolari li ninsabu fih bħalissa minħabba l-Coronavirus. 

L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tibda fil-5.00 ta’ filgħaxija u hija ddedikata għat-tfal li bħalissa jinsabu ħafna ħin fid-djar minħabba li m’għandhomx skola. Wara, Axisa jkompli b’sessjoni ta’ nofs siegħa ta’ rilassament u stretching għall-adulti permezz tal-arti Ċiniża tat-Tai Chi. Din tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija.

Dawk kollha li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu jagħmlu dan billi jidħlu fuq il-link: https://us02web.zoom.us/j/5824947385?pwd=2vxBHI3azNUA5tx1x_WhfydZmlAG7w jew permezz tal-App “Zoom” bid-dettalji – Meeting ID: 582 494 7385 u Password: combat

Huwa importanti li waqt l-eżerċiżżju jkollkom biżżejjed spazju biex tagħmlu t-taħriġ b’mod sigur u li tixorbu ftit ilma kull tant ħin. 

Għal aktar tagħrif jew għajnuna tistgħu ċċemplu fuq: 99 46 47 49.

Sport