Saturday, December 21, 2024

Tliet snin probation għal raġel li pprova jabbuża mara sesswalment 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin wara li instab ħati li ta fastidju fuq mara. Il-każ seħħ fil-21 ta’ Lulju ta’dinis-sena fi Triq San Ġorġ f’San Ġiljan għall-ħabta tal-10:45 p.m. 

Qabel ġiet biex tagħti is-sentenza, il-Maġistrat Rachel Montebello kkunsidrat in-natura tar-reat, il-koperazzjoni tal-akkużat mal-pulizija u l-fedina penali netta tiegħu. 

Minbarra l-ordni ta’ probation, il-Qorti għamlet ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jindirizza l-problemi psikoloġiċi u sesswali illi għandu. 

Ekonomija

Sport