Sunday, December 22, 2024

Tliet uffiċjali tal-pulizija b’sentenzi sospiżi wara li użaw vjolenza fuq futboler żagħżugħ fi Franza

Aqra wkoll

Tliet uffiċjali tal-pulizija ġew ikkundannati sentenzi ta’ ħabs sospiżi wara li allegatament użaw vjolenza eċċessiva fuq futboler żagħżugħ waqt l-arrest tiegħu fl-2017, f’każ li wassal għal reazzjoni kbira minħabba l-vjolenza tal-pulizija u r-razziżmu fi Franza. Fil-fatt, id-deċiżjoni li l-uffiċjali ma jintbagħtux il-ħabs qanqlet protesti kbar f’Pariġi. 

Théodore Luhaka kien fil-kumpanija ta’ sħabu fil-housing estate tiegħu meta l-Pulizija marru fuqu sabiex jiċċekkjawlu d-dokumenti. Ingħad li l-uffiċjali mbagħad użaw il-gass tad-dmugħ u allegatament bdew jagħtuh fuq wiċċu u kkawżawlu ġrieħi ta’ natura serja. Din l-aggressjoni damet għaddejja madwar tmien minuti.

Tnejn mit-tliet uffiċjali, li kollha għadhom qed jaħdmu mal-pulizija fl-uffiċċju, kienu mixlija bi vjolenza aggravata. It-tielet uffiċjal kien akkużat bi vjolenza volontarja li wasslet għal ġrieħi permanenti. 

Antoine Castelain kien ikkundannat sena ħabs sospiża u kien ipprojbit milli jaqdi dmiru ta’ pulizija fil-pubbliku għal ħames snin. 

Iż-żewġ uffiċjali l-oħra Jérémie Dulin u Tony Hochart ġew ikkundannati tliet xhur ħabs sospiżi u pprojbiti wkoll milli jagħmlu xogħolhom bħala pulizija fil-pubbliku għal sentejn.

Ekonomija

Sport