“Qalbna maqsuma f’elf biċċa. Tlifna ġuvni gustuż, mimli ħlewwa, dejjem tiċċajta u ferrieħi. Min ħa jiġi jaqbad magħna? Min ħa jiekol iċ-ċikkulata kollha? Vojt kbir mingħajrek. L-unika konsolazzjoni hi li mintix iżjed muġugħ u nemmnu li qiegħed tistenniena f’post ferm aħjar”.
Dan kien il-messaġġ li wassal Puttinu Cares, hekk kif sellmet il-memorja tal-ġuvni tal-ġuvni Francesco Spiteri, li seraq bosta qlub bil-karattru sabiħ li kellu ma’ kulħadd.
FL-istess messaġġ Puttinu qalet li se jżommuh f’qalbhom il-memoorji sbieħ li ħallielhom u li mhu se jinsewh qatt. Dan filwaqt li qalu li se jżommu lill-familjari tal-ġuvni fit-talb tagħhom.