Tmexxija ġdida għall-Kummissjoni tas-Safeguarding f’Għawdex

Aqra wkoll

Id-Djoċesi ta’ Għawdex tħabbar il-ħatra tas-Sinjura Miriam Portelli bħala Kap tal-Kummissjoni tas-Safeguarding. Is-Sa Portelli nħatret minflok is-Sa Loraine Borg Cassar li qdiet dan l-irwol sa mit-twaqqif tal-Kummissjoni. 

Is-Sa Borg Cassar kienet talbet li tieqaf mir-rwol ta’ Kap tal-Kummissjoni fil-bidu tas-sena 2025 minħabba raġunijiet familjari u ta’ impenji oħra. Hija kienet intalbet tibqa’ taqdi l-irwol tagħha sakemm tinħatar persuna oħra.

Filwaqt li tilqa’ lis-Sa Miriam Portelli u tawguralha għall-ħidma tagħha, id-Djoċesi ta’ Għawdex tesprimi r-rikonoxximent u l-gratitudni tagħha lejn is-Sa Borg Cassar għax-xogħol professjonali u d-dedikazzjoni tagħha fil-formazzjoni u fit-tmexxija tal-Kummissjoni tas-Safeguarding b’risq il-ħarsien tal-minuri u l-persuni vulnerabbli. Tirringrazzjaha wkoll għad-disponibbiltà tagħha li tibqa’ tassisti lill-Kummissjoni.

Id-Djoċesi ta’ Għawdex ħatret ukoll lil Dr Theresien Mizzi biex tingħaqad mas-Sa Francine Farrugia Magrin fl-Investigation and Assessment Team tal-istess Kummissjoni tas-Safeguarding. Dan it-tim għandu l-irwol li jagħmel indaġni dwar ir-rapporti li jsiru.

Il-Kummissjoni tas-Safeguarding tad-Djoċesi ta’ Għawdex tħaddan ukoll Advisory Bord magħmul minn professjonisti li jivvalutaw ir-rapporti tal-Investigation and Assessment Team. Il-membri ta’ dan il-Bord huma Dr Chantelle Azzopardi, Dr Michael Galea, is-Sa Pauline Grech, Dr Simon Mifsud u s-Sa Marie Claude Xerri.

Il-Kummissjoni tas-Safeguarding tinkludi wkoll psikologi u counsellors li jgħinu lill-allegati vittmi u l-familji tal-vittmi. Din is-sezzjoni hi mmexxija minn Dr Marlene Cauchi.

Il-konsulent legali tal-Kummissjoni huwa Dr Stanley Joe Portelli.

Il-Call Centre tal-Kummissjoni huwa f’idejn is-Sa Marie Claude Xerri.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport