Thursday, December 26, 2024

Tmut l-attriċi Maltija Monica Attard fl-età ta’ 74 sena

Aqra wkoll

Tħabbret il-mewt tal-attriċi lokali Monica Attard fl-età ta’ 74 sena. Hija ħadet sehem f’diversi sensieli u drammi Maltin u se tibqa’ ċertament imfakkra għall-parti li kellha f’Baħar Wied.

Ħa sehem ukoll fis-sensieli ta’ L-Ispettur, Santa Monika, Pupazz u Nostalġija. Attard twieldet f’Tas-Sliema fl-1 ta’ Ġunju, 1949, u baqgħet dejjem tgħix hemm Hija omm ta’ żewġ subien u nanna wkoll.

Bdiet tirreċta minn ta’ età żgħira u kemm-il darba ħadet sehem f’attivitajiet tal-iskola. Hija kienet iffurmat ukoll għaqda żgħira ma’ sħabha biex itellgħu xi produzzjonijiet fl-irħula madwar Malta u fit-Teatru DePorres f’Tas-Sliema.

Ħadet sehem f’diversi radjudrammi fuq ir-Redifussion u ppreżentat programmi għat-tfal. Fil-karriera tagħha hija ppreżentat diversi programmi fuq ir-radju.

Ekonomija

Sport