Żewġ persuni ddaħħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:00 p.m kienu involuti f’inċident fi Triq ix-Xagħra fix-Xewkija.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Peugeot 308 misjuq minn raġel ta’ 38 sena residenti fl-Għasri u Volgswagen Golf misjuq minn żagħżugħ ta’ 20 sena residenti fiż-Żebbuġ Għawdex.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanzi li ħadu lis-sewwieqa lejn l-Isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.