F’Ġunju ta’ din is-sena ir-rata annwali tal-inflazzjoni kienet ta’ 2.2%, jiġifieri kien hemm tnaqqis meta ikkumparat ma’ dak li kien irreġistrat ix-xahar ta’ qabel, dak ta’ Ġunju.
Din l-informazzjoni ħarġet minn ċifri pprublikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wera li r-rata tal-inflazzjoni kienet imkejla mill-Inidiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur, l-HICP.
Mill-istess statistika ħareġ li r-rata medja annwali fuq tnax-il xahar għal Ġunju 2024 kienet ta’ 3.6%
L-NSO qalet ukoll li l-ogħla impatt pożittiv fir-rata annwali tal-inflazzjoni kien imkejjla fl-Indiċi tar-Ristoranti u lukandi (+0.71 punti perċentwali), filwaqt li l-akbar kontribuzzjoni negattiva kienet irrekordjata fl-Indiċi tal-Komunikazzjoni (-0.46 punti perċentwali).