Saturday, April 20, 2024

Tottenham Hotspur fil-pole position biex jiffirmaw lil Franck Kessie

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur jinsabu fil-pole position biex jiffirmaw lill-midfielder ta’ AC Milan, Franck Kessie, dan is-sajf.

Il-player ta’ 25 sena se jara l-ftehim attwali tiegħu f’San Siro jiskadi f’Ġunju u issa huwa liberu li jiffirma ftehimiet ta’ qabel il-kuntratt ma’ clubs barranin.

Arsenal, Liverpool, Manchester United, Barcelona u Real Madrid huma wkoll maħsuba li huma interessati li jiffirmaw lill-internazzjonali tal-Kosta tal-Avorju, b’dan tal-aħħar mifhum li kellu taħditiet mar-rappreżentanti tal-player.

Madankollu, Spurs jisnabu favoriti biex jakkwistaw lil Kessie meta l-ftehim tiegħu jiskadi matul is-sajf li ġej.

Tottenham, Paris Saint-Germain u club ieħor tal-Premier League li dwaru ma nagħtawx dettalji ilkoll ressqu offerti ta’ kuntratt għal Kessie, b’tal-ewwel lest li joffri ftehim li jiswa €8m flimkien ma’ €2m oħra f’ bonuses.

Kessie, li bħalissa jinsab fuq dmirijiet internazzjonali mal-Kosta tal-Avorju fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika, għamel 205 dehra ma’ AC Milan fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn skorja 35 goal u rreġistra 16-il assist.

Sport