Saturday, April 27, 2024

Gonzalo Villar ferm viċin li jingħaqad ma’ Getafe

Aqra wkoll

L-avventura ta’ Gonzalo Villar ma’ Roma kważi waslet fi tmiemha hekk kif jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Getafe.

Il-midfielder Spanjol ta’ 23 sena ma lagħabx minuta waħda fis-Serie A dan l-istaġun wara li naqas milli jikkonvinċi lill-coach Jose Mourinho bil-kwalitajiet tiegħu u għalhekk fl-aħħar lest jitlaq mill-kapitali Taljana.

It-taħditiet bejn Roma u Getafe qed joqorbu lejn it-tmiem tagħhom u t-trasferiment ta’ Villar mal-club Spanjol jinsab biss pass ‘il bogħod milli jipi ffinalizzat. L-affarijiet jistgħu jkunu marbuta għal kollox aktar tard din il-ġimgħa.

L-Ispanjol għamel sitt dehriet dan l-istaġun fil-UEFA Conference League, għal total ta’ 204 minuta. Huwa lagħab ħafna taħt il-gwida tal-predeċessur ta’ Mourinho, Paulo Fonseca iżda ma kkonvinċiex lill-ex coach ta’ Porto u Chelsea matul dan l-istaġun.

Il-Giallorossi diġà ħejjew għal sostituti potenzjali għalih, b’Sergio Oliveira ta’ Porto mistenni jiffirma kuntratt ta’ self magħhom ta’ sitt xhur.

Sport