Thursday, April 25, 2024

Tottenham Hotspur iħejju offerta għall-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Tottenham Hotspur qed iħejju offerta għall-attakkant ta’ Fiorentina, Dusan Vlahovic.

Wara l-wasla ta’ Antonio Conte bħala manager ta’ Spurs, huma qed jissemmew li jistgġu iħibu lil da nil-player fil-Premier League fl-2022.

Il-president ta’ Fiorentina Rocco Commisso dan l-aħħar ammetta li t-tentattivi tiegħu biex jorbtu lil Vlahovic bi ftehim ġdid ma rnexxewx, bil-player ta’ 21 sena issa mistenni jkun f’domanda kbira fis-sajf li ġej.

Tottenham diġà qed jippreparaw biex jagħmlu offerta sostanzjali għall-internazzjonali Serb, bi Fiorentina mhux lesti li jħalluh imur bl-irħis minkejja s-sitwazzjoni tal-kuntratt tiegħu.

Huwa mifhum li Spurs ikollhom jagħmlu offerta ta’ aktar minn €60m biex jiksbu lill-player, u Vlahovic jibqa’ marbut ma’ clubs bħal Manchester City u Juventus.

Vlahovic skorja 10 goals fi 12-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun u skorja total ta’ 39 goal f’96 logħba għall-Viola minn meta ngħaqad magħhom fl-2018.

Sport