Thursday, March 28, 2024

Manchester United favoriti għall-firma ta’ Ricardo Pepi

Aqra wkoll

Manchester United huma favoriti għall-akkwist tal-attakkant ta’ Dallas, Ricardo Pepi.

Iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena kien f’forma impressjonanti għall-club tal-MLS tiegħu matul l-istaġun attwali, fejn skorja 13-il goal u rreġistra żewġ assists fi 30 dehra.

Għadd ta’ clubs, fosthom Liverpool, Chelsea u Manchester City, huma maħsuba li huma interessati fiż-żagħżugħ, li wkoll irreġistra tliet goals f’erba’ dehriet għall-Istati Uniti.

Madankollu, Man United huma favorite għall-akkwist tiegħu, u r-Red Devils ilhom isegwu liż-żagħżugħ ‘għal xi żmien’.

Huwa mifhum li l-interess tal-club Ingliż f’Pepi huwa problema għat-team Taljan ta’ Bologna, li kien qed ifittex li jlesti ftehim matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Pepi, li għad fadallu ħames snin fil-kuntratt tiegħu ma’ Dallas, skorja 16-il darba u rreġistra erba’ assists fi 58 dehra għall-clbb attwali tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport