Monday, May 13, 2024

Tottenham Hotspur qed ifittxu investituri

Aqra wkoll

Tottenham jinsabu f’taħditiet ma’ “investituri prospettivi” wara li rrappurtaw telf ta’ £86.8m fil-kontijiet tagħhom tal-2022-23, skond iċ-chairman,Daniel Levy.

Id-dħul totali żdied b’24% mill-2022 għal rekord ta’ £549.6m, bid-dħul tal-gate money jilħaq rekord ta’ £117.6m.

Iżda huma rrappurtaw telf għar-raba’ sena konsekuttiva wara d-defiċit tal-2022 ta’ £50.1 miljuni.

Levy saħaq fuq il-ħtieġa li “jikkapitalizzaw fuq il-potenzjal tagħna fit-tul”.

“Biex tkompli tinvesti fit-timijiet u twettaq proġetti kapitali futuri, il-club jeħtieġ żieda sinifikanti fil-bażi ta’ ekwità tiegħu.

“Il-bord u l-konsulenti tiegħu, Rothschild & Co, qegħdin f’diskussjonijiet ma’ investituri prospettivi. Kwalunkwe proposta ta’ investiment rakkomandata tkun teħtieġ l-appoġġ tal-azzjonisti tal-club.”

Skont ir-regolamenti dwar il-profitt u s-sostenibbiltà (PSR) tal-Premier League, il-clubs jistgħu jitilfu massimu ta’ £105 miljun fuq perjodu ta’ tliet staġuni, jew £35 miljun għal kull staġun, qabel ma jiffaċċjaw sanzjonijiet.

It-telf ta’ Tottenham f’dawn l-aħħar tliet snin huwa lil hinn minn dak il-limitu ta’ £220.7 miljuni, iżda l-ħlas annwali ta’ deprezzament ta’ £72 miljun, li jirreferi għall-istadium tagħhom u faċilitajiet oħra, ifisser li mhumiex f’riskju li jiksru r-regolamenti tal-PSR.

Everton u Nottingham Forest diġà ġew ikkastigati bi tnaqqis ta’ punti f’dan l-istaġun talli kisru r-regoli tal-PSR, filwaqt li l-club taċ-Championship, Leicester, ġie akkużat x-xahar li għadda mill-Premier League talli allegatament kiser ir-regoli tal-infiq matul l-aħħar tliet staġuni tiegħu fl-ogħla livell.

Sport