Saturday, May 4, 2024

Imut l-ixjeħ raġel fid-dinja

Kieku għex xahrejn oħra kien irnexxielu jagħlaq 115-il sena!

Aqra wkoll

L-aktar raġel xiħ fid-dinja, Juan Vincente Pèrez Mora, miet xahrejn biss qabel kien jagħlaq il-115-il sena tiegħu. Ikkonfermat fl-2022 mill-Guinness World Records, dan il-Venezwelan kien l-ixjeħ raġel meta laħaq l-età sabiħa ta’ 112-il sena u 253 ġurnata.

Pèrez Mora, li attribwixxa dan l-għomor twil għal xarba alkoħolika tipika Kolombjana, ħalla warajh 11 ulied, 41 neputijiet, 18-il pro neputijiet u 12 oħra li tagħhom kien il-buż-buż-nannu.

Il-gvernatur ta’ Tàchira, Freddy Bernal, ikkonferma din it-telfa iżda ma ġiex speċifikat x’wassal għal mewt ta’ Pèrez Mora. Huwa kiteb fuq ‘X’ li dan l-aktar raġel xiħ fid-dinja kien umli, bieżel, paċifiku u entużjast għall-familja u għat-tradizzjoni. Bernal temm bil-kliem, “lill-għażiż xwejjaħ Don Vincente se nibqgħu niftakruh għall-ottimiżmu li kellu fil-ħajja, għall-fidi, għat-tama u għall-imħabba kbira li kellu għall-istat tagħna ta’ Tachira”.

Magħruf ma’ ħafna bħala z-Ziju Juan, dan il-persunaġġ li sar legat meta għalaq il-114 sena, se jindifen f’San Josèe de Bolìvar.

Sport