Monday, April 29, 2024

Tottenham qed jikkunsidraw li jkeċċu lil Antonio Conte din il-ġimgħa

Aqra wkoll

Tottenham Hotspurs qed jikkunsidraw li jkeċċu lill-coach, Antonio Conte, waqt il-waqfa internazzjonali.

Dan wara li t-Taljan ikkritika bl-aħrax is-sistema tal-club, lill-ġerarkija għolja kif ukoll lill-players wara li nhar is-sibt li għaddew irmew vantaġġ ta’ żewġ goals biex finalment ġew miżmuma minn Southampton bl-iskor ta’ 3-3.

U ċ-chairman ta’ Spurs, Daniel Levy, jista’ jtemm ħesrem il-kuntratt ta’ Conte pro­prju fil-jiem li ġejjin minħabba li l-kummenti tiegħu ta’ wara l-logħba kienu inaċċettabbli. 

Jekk dan iseħħ, l-assistant coach, Ryan Mason, imexxi lit-team b’mod temporanju sa  tmiem l-istaġun. 

Il-bieraħ stess, Levy laqqa’ lill-bord tad-diretturi biex tittieħed deċiżjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti li hija waħda tossika, tant, li bosta players talbu wkoll biex Conte jitkeċċa mill-kariga tiegħu. 

Ir-relazzjoni bejn il-coach Taljan u Levy ilha li tkissret sa mill-bidu tal-istaġun u ma kinetx l-ewwel darba li waqt il-konferenzi tal-aħbarijiet Conte kien jikkritika liċ-chairman ta’ Spurs.  Peró, nhar is-Sibt li għadda huwa mess il-qiegħ meta beda jikkritika dak kollu li jdawwar lill-club.  

Tottenham jirritornaw fl-azzjoni, fit-3 ta’ April, fejn imorru jilagħbu għand Everton li hija possibbiltá kbira li sa dak in-nhar Conte jkun diġá ppakkja l-bagalji. 

Sport