Tuesday, April 21, 2026

Tqum uġiegħ ta’ ras… tmur l-emerġenza u tispiċċa f’koma

Aqra wkoll

Omm ta’ żewġt itfal spiċċat f’koma wara li nhar is-Sibt li għadda qamet b’uġiegħ ta’ ras u għall-ewwel ħasbet li kienet xi ħaġa normali.

Dan il-każ li seħħ fir-Renju Unit ġibed l-attenzjoni tal-midja wara li żewġha tkellem dwar l-importanza li meta tħoss xi ħaġa għandek tiċċekkja mill-ewwel.

Katelyn  – l-omm għandha żewġt itfal żgħar – Hardy u Haisley.

Żewġha jgħid li aktar ma beda għaddej ħin u minkejja li kienet ħadet xi mediċina, l-uġiegħ ta’ ras baqgħet iżżid sakemm waqgħet mal-art. 

Kien hawn li ttieħded l-Isptar fejn wara testijiet mediċi nduna li kienet tata puplesija u saritilha ħsara f’moħħha. Għalhekk ġie deċiż li titqiegħed f’koma fuq il-ventilatur.

Żewġha qal li hu qiegħed jittama li martu terġa’ lura għan-normal għalkemm hu konxju li t-triq hija twila. Qal li ż-żewġt itfal qegħdin jistennew lil ommhom tiġi lura d-dar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport