Tuesday, April 21, 2026

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Sorveljanza f’San Ġiljan b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ 26 sena residenti iż-Żurrieq u raġel ta’ 23 sena residenti l-Isla. Huma nstabu fil-pussess ta’ diversi tipi ta’ droga.

Waqt rondi li saru dalgħodu, il-Pulizija nnutaw l-irġiel waqt kienu f’Toyota Vitz jaġixxu b’mod suspettuż. Huma twaqqfu fi Triq Portomaso, saret tfittxija u instabu sustanzi suspettati kokaina, eroina u kannabis, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti u diversi mowbajls.

L-irġiel qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana, filwaqt li linvestigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport