Thursday, July 30, 2026
Home Barranin Trabi tewmin ta’ ġimgħa jinstabu mgeżwrin mejtin fi brown paper f’parapett ta’...

Trabi tewmin ta’ ġimgħa jinstabu mgeżwrin mejtin fi brown paper f’parapett ta’ blokka appartamenti fi New York

0
707

Il-Pulizija ta’ New York nidiet investigazzjoni dwar il-mewt ta’ żewġt itrabi li ġew abbandunati barra blokka appartamenti fil-Bronx.

L-iġsma bla ħajja tat-trabi kienu mgeżwrin fi brown paper qabel tħallew fil-parapett.

Il-Pulizija qalu li t-trabi kienu tewmin subien u kien għad kellhom biss ġimgħa. L-imwiet tagħhom ġiet klassifikata bħala suspettuża.

In-New York Post irrapportat li wieħed mit-trabi kellu ġerħa li setgħet kienet ikkawżata mit-twelid. It-tarbija l-oħra kellha ġrieħi f’rasha u żigarella blu mdawra ma’ għonqha.

It-tewmin ittieħdu b’urġenza l-isptar madankollu huma kienu ċċertifikati mejtin.