Aħbar traġika waslet minn Spanja hekk kif splużjoni f’minjiera fit-Tramuntana ta’ Spanja swiet il-ħajja ta’ mill-inqas ħames persuni u tnejn oħra għadhom irrapportati nieqsa.
L-isplużjoni seħħet fil-minjiera Cerredo f’Degana, Asturias, madwar 450 kilometru fil-Majjistral ta’ Madrid fid-9.30 ta’ filgħodu ħin lokali.
Is-servizzi ta’ emerġenza tal-post qalu li ssejħu għall-għajnuna minħabba “problemi f’makkinarju” fil-minjiera. Rapporti inizjali qalu li hemm mill-inqas erba’ persuni feruti u li għaddejja ħidma ta’ tfittxija għal ħaddiema nieqsa.
Fuq il-post intbagħtu ambulanzi u pumpieri biex jassistu.