Monday, May 13, 2024

“Trattament inuman, tal-mistħija u inaċċettabbli” – il-GWU

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Unioni (GWU) ikkundannat bla ebda riserva t-trattament ta’ ħaddiem fil-kostruzzjoni li wara li kellu inċident fuq il-post tax-xogħol tħalla f’ġenb ta’ triq. Hija qalet li dan żgur mhux il-mod kif għandhom jiġu trattati l-ħaddiema.

Il-GWU qalet li huwa tal-mistħija t-trattament li ngħata dan il-ħaddiem minn min għandu l-obbligu u r-responsabilità li jassigura s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Żiedet tgħid li apparti minn hekk, min iħaddem huwa obbligat li jipprovdi lbies protettiv u taħriġ fix-xogħol li jkun hemm jagħmel. 

“L-ebda ħaddiem, fl-ebda ċirkostanzi ma għandu jiġi trattat b’dan il-mod. Dan it-trattament inuman huwa tal-mistħija u inaċċettabbli,” qalet il-GWU.

Filwaqt li awgurat fejqan ta’ malajr, il-GWU qalet li lesta li toffri kull għajnuna possibbli lil dan il-ħaddiem u tistenna li min għamel dan jitressaq il-qorti u jħallas ta’ għemilu.

Sport