Wednesday, July 24, 2024

Triq fiż-Żurrieq se tissemma għal Dun Raymond Cassar

Aqra wkoll

“Għadha kif ghaddiet mozzjoni mil-Kunsill Lokali taż-Żurrieq bi qbil unaminu sabiex tissemma triq għal mibki u dejjem maħbub Dun Raymond Cassar”. Dan iddikjarah Natius Farrugia, il-Viċi Sindku taż-Żurrieq.

Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Dun Raymond, kien hemm messaġġ tal-qassis Dillon Bugeja, li qal; “Biex int għaziż Dun Raymond, ma ssirx tifkira, imma preżenza. X’memorja straordinarja kellek. Grazzi qatt mhi biżżejjed!”.

Ftit tax-xhur ilu Dun Raymond kien spiċċa f’nofs kontroversja minħabba li waqt quddiesa beda “jgerger” u “jirrabja” filwaqt li nstema jgħid “Jien il-President”.

Il-filmat tiegħu kienu rawh bl-eluf fejn kien hemm min ikkritikah u daħak bih, iżda kien hemm min faħħru għax tkellem kif tkellem.

Persuni li tkellmu ma’ dan is-sit qalu li Dun Raymond kien qassis eżemplari ħafna u kien iservi ż-Żurrieq fin-Nigret

Ekonomija

Sport