Monday, May 13, 2024

Tristan m’għadux imfittex mill-Pulizija

Aqra wkoll

Tristan Farrugia Tedesco m’għadux qiegħed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li aktar kmieni x-xahar li għadda l-Pulizija ħarġet sejħa biex jinstab.

Fi stqarrija maħruġa minnha fil-11 t’Ottubru li għadda l-Pulizija kienet qalet li r-raġel kien qed jiġi mfittex b’ordni tal-Qorti b’rabta ma’ każ pendenti.

Għaldaqstant, hija kienet appellat biex kull min kellu kwalunkwe informazzjoni dwaru biex ġentilment jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ Messenger, jew iċempel anke b’mod anonimu fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 22/2023.

Sport