Monday, May 6, 2024

Raġel b’nazzjonalità Maltija evakwat minn Gaza

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ ilu għaddej għal diversi ġimgħat b’ħidma mal-Gvern Amerikan, biex raġel b’nazzjonalità doppja, Maltija u Amerikana, jiġi evakwat minn Gaza.

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru u s-Sibt 4 ta’ Novembru, il-Malti rnexxielu jasal f’Kajr, l-Eġittu, fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. Huwa beda dan il-vjaġġ bosta sigħat qabel bl-assistenza tal-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Iżrael, Cecilia Attard Pirotta, l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Eġittu, Roberto Pace, u r-Rappreżentant tal-Gvern Malti fil-Palestina, Franklin Aquilina.

Il-familjari tar-raġel Malti rringrazzjaw lill-Gvern Malti u lill-Ministeru b’mod partikolari tal-impenn tagħhom f’dawn l-aħħar ġimgħat sabiex issir din l-evakwazzjoni.

Sport