Thursday, April 25, 2024

“Kurdt għallimna li kull mument huwa mument tajjeb biex tibda tgħix”

Jingħata l-aħħar tislima Kurdt Lee Busuttil

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Folla kbira ta’ nies inġabret fil-Knisja ta’ San Piertru f’Birżebbuġa biex tagħti l-aħħar tislima lil Kurdt Lee Busuttil.

Il-Konċelebrant tal-quddiesa fakkar l-imħabba ta’ Kurdt u qal li l-mijiet ta’ posts li nxterdu fuq il-midja wara l-mewt tiegħu jikkonfermaw kemm kull mument huwa mument tajjeb biex tibda tgħix. Huwa qal ukoll li l-ħasda tal-aħbar tal-mewt tiegħu għenitna naprezzaw kemm ma nistgħux naħlu l-ħajja tagħna u kemm hu importanti li nagħrfu li ngħixuha bl-aħjar mod possibbli. Huwa rrefera saħansitra għal meta l-istess Kurdt dar fuq Alla biex jirringrazzjah li għenu biex jagħmel dan il-pass u filwaqt li jitbiegħed mill-vizzji, għaraf jibda mill-ġdid.

Kurdt huwa ż-żagħżugħ ta’ 28 sena li t-Tnejn li għadda kien involut f’inċident tat-traffiku bejn mutur u karozza li seħħ għall-ħabta tat-7:40 p.m fi Triq in-Naxxar f’Ħal Lija. Huwa ngħata assistenza minnufih fuq il-post minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Huwa ddaħħal l-Isptar b’urġenza iżda minkejja kull tentattiv tal-professjonisti mediċi, huwa ġie ċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

YouTube video

Sport