Wednesday, July 24, 2024

Trump pass eqreb biex jirbaħ in-nomina tar-Repubblikani

Aqra wkoll

Donald Trump rebaħ diversi stati nhar is-Sibt li għadda biex b’hekk jinsab pass qereb biex jirbaħ in-nomina tar-Repubblikani u jkun li jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali li mistennija ssir f’Novembru ta’ din is-sena.

L-eks President nhar is-Sibt rebaħ l-istati ta’ Missouri, Michigan u Idaho biex b’hekk ftit għad hemm ċans għal kandidati l-oħrajn li jirbħu n-nomina.

Wara r-riżultati ferm pożittivi, Trump f’indirizzi lill-persuni li jagħtu appoġġ qal li “ninsab qrib sew li nirbaħ in-nomina biex nerġa’ nikkontesta l-elezzjoni presidenzjali.”

Jekk kollox jibqa’ kif inhu proġettat, din il-ġimgħa Trump jista’ jiġi ddikjarat rebbieħ għax l-ebda kandidat ma jkollu ċ-ċans li jirbaħlu.

Skont stħarriġ tal-Opinjoni Pubblika hu mistenni li jirbaħ id-delegati kollha ta’ divrsi stati oħrajn. S’issa rebaħ 247 delegat tar-Repubblikani li jfisser 24 delegat aktar minn Haley li tinsab eżatt warajh fit-tellieqa.

Hu baqa’ jakkuża lill-midja Amerikana li qiegħda taħdem kontrih biex ma jerġax jieħu l-poter f’idejh. Minkejja dan għal kull diskors li jkun se jagħmel qiegħed ikun hemm eluf kbar ta’ persuni fejn ħafna minnhom biex jassigura post imorru minn sigħat qabel.

Ekonomija

Sport