Wednesday, July 24, 2024

Trump se jkun ir-raba’ President li ma jattendix għall-inawgurazzjoni tas-suċċessur tiegħu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Amerikan Donald Trump se jkun imniżżel fl-istorja tal-Istati Uniti bħala r-raba’ president li ma jattendix għall-inawgurazzjoni tas-suċċessur tiegħu.

L-aħħar li ġrat kienet fl-1869 meta l-President Andrew Johnson irrifjuta li jivjaġġa fl-istess karozzella mal-President elett Ulysses Gran lejn iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tiegħu.

Rapporti fil-midja kienu qed jindikaw il-possibbilità li Trump ikun qiegħed jilgħab il-golf fl-Iskozja, iżda l-Prim Ministru Nicola Sturgeon qalet li mhijiex se tħallih jidħol fil-pajjiż.

Ekonomija

Sport