Brażil ………4
Panama …..0
Il-Brażil ddominaw u għelbu lil Panama bl-iskor ta’ 4-0 bil-protagonista tkun l-attakkanta, Ary Borges, li skorjat hat-trick … li kienet l-ewwel trippletta ta’ dan it-tournament.
Din ir-rebħa tfisser ukoll li l-Brażil żammew ir-rekord perfett tagħhom hekk kif rebħu d-disa’ logħbiet tal-ftuħ tagħhom fit-Tazza tad-Dinja.
Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Borges (19, 39). L-ewwel wieħed wasal minn daqqa ta’ ras bit-tieni wieħed permezz ta’ rebound.
L-istess Borges setgħet skorjat ieħor iżda b’mod ta’ altruwiżmu hija għaddiet il-ballun b’daqqa ta’ takkuna lil Bia Zaneratto (48) li kompliet fix-xibka.
Peró, fis-70 minuta, Borges inkurunat il-wirja tagħha permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra għar-raba’ goal Brażiljan.
Ta’ min jgħid ukoll li fit-tieni taqsima daħlet tilgħab l-aqwa player Brażiljan ta’ kull żmien, Marta, biex din kienet is-sitt fażi finali personali.