Wednesday, December 25, 2024

Turist jinqatel f’attakk terroristiku qrib it-Torri Eiffel

Aqra wkoll

Turist Ġrmaniż inqatel quddiem martu waqt li kien attakkat b’sikkina qrib it-Torri Eiffel is-Sibt li għadda minn membru terroristiku tal-Isis. Il-vittma u martu kienu fuq btala f’Pariġi.

Il-vittma kien infermiera u hu u martu ilhom jaħdmu f’dar tal-anzjani fil-Ġermanja minn Jannar ta’ din is-sena. Huwa kien meqjus għad-dedikazzjoni tiegħu biex jieħu ħsieb nies oħra.


Skont il-Pulizija, l-aggresur li ġie identifikat bħala Rajabpour-Miyandoab, kellu problemi psikjatriċi serji u li kien maħsub li kien taħt sorveljanza mis-servizzi tal-intelliġenza ta’ Franza.

Wara li qatel lit-turist Ġermaniż, l-aggresssur immira l-attakk tiegħu lejn ċittadin Brittaniku ta’ 66 sena, li kien ukoll fuq btala f’Pariġi. Sal-bieraħ, l-anzjan kien qed jirkupra minn ferita f’għajnejh il-leminija fi sptar ċentrali ta’ Pariġi.

Il-Ministru tal-Intern ta’ Franza, Gérald Darmanin, ikkonferma li s-suspettat kien uffiċjalment taħt sorveljanza. Rajabpour-Miyandoab kien esprima r-rabja tiegħu għall-qtil tal-massa ta’ Musulmani f’Gaża mill-forzi armati Iżraeljani, u qal ‘Franza kienet kompliċi.

Rajabpour-Miyandoab kien mistenni li jiġi akkużat b’firxa ta’ reati inkluż qtil terroristiku.

Ekonomija

Sport