Sunday, December 22, 2024

Tużawx dawn il-platti u tazzi tat-trabi

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu użati minħabba migrazzjoni eċċessiva ta’ ‘volatile organic constituents’ u li mhumiex konformi ma’ regolamenti tal-UE.

‘Volatile organic constituents’ jiġu emessi bħala gassijiet minn kimiċi li bihom jiġu manifatturati prodotti li jintużaw ta’ kuljum fid-dar, bħal żebgħa, kolla, etċ. u  li jistgħu jkunu ta’ ħsara speċjalment meta l-bniedem ikun espost għalihom fit-tul.

Il-prodotti huma platt għat-trabi li jeħel mal-mejda, magħmul mis-silikon, kuluri differenti u tazza tat-trabi magħmula mis-silikon, kuluri differenti. Id-ditta hija Mushie u n-numru tal-barcode huwa: 0810052460536 (platt) u 0810052461441 (tazza). 

Ekonomija

Sport