Friday, May 3, 2024

Twelled tarbija u titlef ħajjitha kawża tal-coronavirus ftit tal-ħin wara

Aqra wkoll

Il-mara mietet f’Whittington Hospital f’Archway fit-Tramuntana ta’ Londra ftit wara li xtrat tarbija li jidher li s’issa għadha ħajja.

Mhux magħruf jekk il-mara kellhiex xi problemi ta’ saħħa u jidher li fl-aħħar sigħat bdiet investigazzjoni biex tkun stabbilita l-kawża tal-mewt tagħha.

Skont rapporti f’ġurnali barranin jidher li l-istaff tal-isptar imsemmi sofrew xokk qawwi u dehru bid-dmugħ f’għajnejhom kif intebħu b’dak li kien seħħ quddiemhom.

L-unika tama li kien fadal fihom kienet dik it-tarbija li mhux biss salvat it-tqala, iżda jidher li rriżultat fin-negattiv għal dan il-virus.

Din l-aħbar tal-omm li sfat vittma ta’ dan il-virus tiġi wara li fl-Ingilterra tarbija tat-twelid ittestjat pożittiva għal dan il-virus biex b’hekk kienet konfermata l-iżgħar pazjent infettat.

Sport