Wednesday, April 24, 2024

Twissija lill-UE… it-Taljani jixtiequ jitilqu wara l-mod kif ġew trattati waqt il-pandemija

Aqra wkoll

Parti kbira mit-Taljani qed juru x-xewqa li jitilqu mill-Unjoni Ewropea. Dan jirriżulta minn stħarriġ ġdid li sar u li juri li hemm 40% tal-poplu Taljan li jrid jitlaq minn dan il-grupp wara l-mod kif ġie trattat waqt din il-kriżi tal-Coronavirus. 

Barra minn hekk, jidher li dan l-istħarriġ juri li hemm 7.3% tat-Taljani li jridu li titneħħa l-munita Ewro u jmorru lura għall-munita Taljana. Min-naħa l-oħra, għad hemm 41.7% li jappoġġaw li jibqgħu jifformaw parti mill-Unjoni Ewropea. 

Dan l-istħarriġ li sar minn Bidmedia staqsa d-domanda dwar jekk jaqblux li jitilqu mill-Unjoni Ewropea u li jneħħu l-Ewro. 

Sa xahar ilu, kien sar stħarriġ ieħor li wera li 88% tat-Taljani kienu qegħdin iħossuhom diżappuntanti mill-Unjoni Ewropea. Dan jagħti sinjal b’saħħithom lill-Unjoni Ewropea dwar kemm hu fraġli l-grupp tal-pajjiżi. 

Fil-fatt, jidher li t-Taljani kienu qed jiddeskrivu liċ-Ċina bħala ħabiba tagħhom, minkejja li l-Coronavirus oriġina minn Wuhan u infetta d-dinja kollha. 

It-tensjoni qiegħda wkoll tkompli tiżdied wara li sar magħruf li l-Ungerija ngħatat €5.6 biljun mill-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li l-Italja ngħatat biss €2.3 biljun. L-Ungerija għandha biss wieħed minn sitta tal-popolazzjoni Taljan u kellha biss 213-il mewt, filwaqt li l-Italja kellha 24,114-il mewt. 

Sport