Friday, April 19, 2024

Twissija ta’ riefnu li tidħol fis-seħħ minn għada

Aqra wkoll

Il-paġna “It-temp madwarna” qed twissi lill-pubbliku dwar riefnu. Spjegat li r-riħ mill-Punent il-Lbiċ (WSW) u iżjed tard mill-Punent Majjistru (WNW) mistenni li jitqawwa ħafna u jilħaq il-qawwa ta’ riefnu – Forza 8, b’buffuri jilħqu saħansitra l-Forza 9/10 – bejn għada l-Ħadd u t-Tlieta li ġej.

Għaldaqstant is-sit ‘it-temp madwarna’ appella biex wieħed jevita milli jħalli vetturi taħt siġar kbar u/jew viċin ix-xtut fejn jaqbel dan ir-riħ, kif ukoll dgħajjes żgħar f’portijiet fejn magħruf li jaqbel dan ir-riħ.

Wissiet ukoll biex jiddaħħlu l-pjanti għall-kenn u biex ma jinħarġux boroż taż-żibel fejn tafu li se jtiru.

Spjegat ukoll li l-mewġ mistenni li jilħaq sa 7 metri fejn l-aktar li jkun espost.

Skont dak li qed tirrapporta din il-paġna, is-servizzi bil-Gozo Channel u l-katamaran mistennija li jiġu sospiżi f’xi ħinijiet nhar it-Tnejn 29/11 u anke t-Tlieta 30/11.

L-istess sit qal li din it-twissija tidħol fis-seħħ minn għada l-Ħadd sat-Tlieta li ġej, bir-riħ mistenni li jkun l-aktar qawwi matul il-jum tat-Tnejn u b’mod speċjali fil-lejl bejn it-Tnejn u t-Tlieta.

Sport