Tuesday, October 1, 2024

UCL: Arsenal jegħlbu lil Paris St-Germain fl-aqwa partita

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tat-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, Arsenal rebħu l-aqwa partita tal-ġurnata meta għelbu lil Paris St- Germain bl-iskor ta’ 2-0.

Iżda kienu Borussia Dortmund li serqu x-xena meta ġabu fix-xejn lil Celtic bl-iskor ta’ 7-1.

Arsenal v Paris SG – Arsenal laqgħu lil Paris St Germain u rebħulhom bl- iskor ta’ 2-0 permezz ta’ daq­qa ta’ ras ta’ Kai Havertz (20) u free-kick ta’ Bukayo Saka (35).

 Salzburg v Brest – Brest marru għand Salzburg u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0 biex filwaqt li huma kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, l-Aw­s­trijaċi sofrew it-tieni telfa nfila.

L-iskorers kienu Abdallah Sima (24, 71), Mahdi Camara (66) u Mathias Pereira Lage (75).

Stuttgart v Sparta Prague – Stuttgart u Sparta Prague temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien Enzo Millot (7) li fetaħ l-iskor għal Stuttgart filwaqt li Kaan Kairinen (32) kiseb id-draw għaċ-Ċeki.

Barcelona v Young Boys – Barcelona għelbu lit-team modest ta’ Young Boys bl-iskor ta’ 5-0 … b’Robert Lewandowski (8, 51) jikseb doppjetta filwaqt li l-goals l-oħra waslu minn Raphinha (34), Inigo Martinez (37) u auto-goal ta’ Mohamad Camara (81).

Leverkusen v Milan – Bayer Leverkusen għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 1-0 biex ikkastigawhom għat- tieni telfa nfila bl-uniku goal jasal minn Victor Bo­ni­face (51).

Borussia D. v Celtic – Borussia Dortmund ir­reġistaw l-akbar rebħa tal-ġurnata meta għelbu lil Celtic bl-iskor ta’ 7-1, bil-goals jaslu minn Emre Can (7 pen), hat-trick ta’ Karim Adeyemi (11, 29, 42), doppjetta minn Serhou Gui­rassy (40 pen, 66) u Felix Nmecha (79) filwaqt li Daizen Maeda (9) wieġeb għall-Iskoċċiżi.

Inter v Red Star Belgrade – F’darhom, Inter kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 fuq is-Serbi ta’ Red Star Belgrade, bil-protagonisti jkunu Hakan Calhanoglu (11), Marko Arnautovic (59, Lautaro Martinez (72) u Mehdi Taremi (81 pen). 

PSV v Sporting – PSV Eindhoven għelbu lil Sporting Lisbon 1-0, b’goal waħdani ta’ Jerdy Schouten (15).

Slovan Bratislava v Man City – Barra minn darhom, Manchester City għelbu lil Slovan Bratislava 4-0 permezz ta’ Ilkay Gundogan (8), Phil Foden (15), Erling Haaland (58) u James Mcatee (74).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport