Meta ntlagħab l-ewwel programm tal-ħames ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Lazio, Atletico Madrid, Barcelona u Borussia Dortmund ingħaqdu ma’ Real Madrid, Bayern Munich, Inter, Real Sociedad, Manchester City u Leipzig, fir-round tal-Aħħar 16.
GRUPP E
Lazio v Celtic – Lazio kkwalifikaw għar-round li jmiss meta laqgħu lil Celtic u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu lejn l-aħħar ħinijiet hekk kif Ciro Immobile (82, 85) irreġistra doppjetta biex spiċċa bħala l-eroj għat-team tiegħu.
Min-naħa tagħhom Celtic, huma eliminati.
Feyenoord v Atletico – Aletico Madrid qatgħu il-passaġġ mal-Aħħar 16 meta għelbu lil Feyenoord bl-iskor ta’ 3-1, permezz ta’ auto-goal ta’ Lutsharel Geertruida (14), Mario Hermoso (57) u Antoine Griezmann (81).
Mats Wieffer (77) skorja għall-Olandiżi li minkejja din it-telfa huma se jilagħbu fil-UEFA Europa League.
GRUPP F
Milan v Borussia D. – Borussia għaddew mal-Aħħar 16 b’rebħa ta’ 3-1 fuq Milan.
Ir-Rossoneri fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor fis-sitt minuta meta Olivier Giroud ra l-penalty tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper, Gregor Kobel.
U dak li m’għamilx Giroud, għamlu Marco Reus (10) meta skorja mill-11-il metru għal Borussia.
Iżda Samuel Chukwueze (37) kiseb id-draw għal Milan. Madankollu, Jamie Bynoe Gittens (59) u Karim Adeyemi (69) taw ir-rebħa lit-team Ġermaniż.
Paris SG v Newcastle – Newcastle marru għand Paris St-Germain u spiċċaw fi draw ta’ 1-1.
Kien Alexander Isak (24) li fetaħ l-iskor għal Newcastle iżda Kylian Mbappe (95 pen) kiseb id-draw għall-Pariġini.
GRUPP G
Man City v Leipzig – Partita bejn żewġ timijiet diġá kkwalifikati, Manchester City dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Leipzig bl-iskor ta’ 3-2
Lois Openda (13, 33) fetaħ vantaġġ ta’ żewġ goals għal Leipzig iżda Erling Haaland u Phil Foden (70) u Julian Alvarez (87) taw ir-rebħa lis-Citizens.
Young B. v Red Star – F’konfront dirett għat-tielet post, Young Boys għelbu lis-Serbi ta’ Red Star bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu minn auto-goal ta’ Kosta Nedeljkovic (8) u Lewin Blum (29).
GRUPP H
Shakhtar D. v Antwerp– Shakhtar Donetsk għelbu lil Antwerp 1-0, b’goal ta’ Mykola Matvienko (12) biex baqgħu biċ-ċans li jikkwalifikaw.
Barcelona v Porto – Barcelona laqgħu lil Porto u dawru telfa f’rebħa biex għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1.
Kien Pepe li fetaħ l-iskor għall-Portugiżi iżda Joao Cancelo (32) u Joao Felix (57) taw ir-rebħ lit-team immexxi mill-coach, Xavi Hernandez.
B’hekk il-Katalani kkwalifikaw għal mal-Aħħar 16 minħabba li Porto u Shakhtar iridu jilagħbu kontra xulxin meta jinsabu b’distakk ta’ tliet punti.