Thursday, November 14, 2024

UCL: Liverpool jirbħu l-logħba tal-ġurnata kontra Milan

Aqra wkoll

Liverpool rebħu l-logħba tal-ġurnata meta bdiet tintlagħab il-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Champions League hekk kif marru San Siro u għelbu lil Milan bl-iskor ta’ 3-1.

Wara biss tliet minuti kienu r-Rossoneri li fetħu l-iskor minn Christian Pulisic iżda r-Reds skorjaw tliet goals mingħajr risposta minn Ibrahima Konate (23), Virgil van Dijk (41) u Dominik Szoboszlai (67) … b’Mohamed Salah jiġi mċaħħad darbtejn mil-lasta. 

Juventus v PSV – Juventus bdew fuq nota pożittiva meta ospitaw lill-Olandiżi ta’ PSV Eindhoven u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1.

Kien Kenan Yildiz (21) li fetaħ l-iskor għall-Biancone­ri biex sar l-iżgħar player li skorja għal Juventus f’din il-kompetizzjoni, fl-etá ta’ 19-il sena u 136 jum, biex kiser ir-rekord ta’ Alessandro Del Piero, fl-etá ta’ 20 sena u 308 ijiem, kontra Borussia Dortmund, f’Settembru 1995.

Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Weston McKennie (27) u Nicolas Gonzalez (52) filwaqt li Ismael Saibari (90+3) wieġeb għal PSV.

Young Boys v Aston Villa – Barra minn darhom Aston Villa għelbu lil Young Boys bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Youri Tielemans (27), Jacob Ramsey (38) u Amadou Onana (86).

Bayern M. v Din. Zagreb – Bayern Munich irreġistraw goleada fuq Dinamo Zagreb bl-iskor kbir  ta’ 8-2.

Il-goals waslu minn Harry Kane (19 pen, 57, 73 pen, 78 pen), Ra­phael Guerreiro (33), Michael Olise (38, 61), Leroy Sane (85) U Leon Goretzka (92) filwaqt li għall-Kroati skorjaw Bruno Petkovic (49) u Takuya Ogiwara (50).

Real Madrid v Stuttgart – Iċ-champions renjanti, Real Madrid bdew id-difiża b’rebħa ta’ 3-1 fuq Stuttgart.

Il-goals waslu minn  Kylian Mbappe (46), Antonio Rudiger (83) u Endrick (93)filwaqt li Deniz Undav (68) kiseb id-draw mometarju għall-Ġermaniżi.

Sporting v Lille – Sporting għelbu lil Lille bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ Viktor Gyokeres (38) u Zeno Debast (65).

Lille kellhom lil Angel Gomes (40) imkeċċi.

Ekonomija

Sport