Wednesday, November 4, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Manchester United idawru telfa f’rebħa

UEFA Champions League: Manchester United idawru telfa f’rebħa

0
53

Manchester United kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra Roma f’Old Trafford wara li kienu żewġ goals minn taħt. 

Matias Soule u Donyell Malen poġġew lit-team Taljan 2-0 minn fuq fl-ewwel taqsima. Bruno Fernandes naqqas id-distakk minn penalty fit-tieni tentattiv, qabel ma Matheus Cunha ġab id-draw seba’ minuti mit-tmiem. 

L-istess attakkant Brażiljan skorja l-goal tar-rebħa ftit wara, biex ta nifs ġdid lill-coach Michael Carrick, li kien taħt pressjoni kbira. 

Madankollu, Cunha tkeċċa fil-ħin miżjud wara li rċieva t-tieni karta safra.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here