Sunday, December 22, 2024

Ulied l-attivista Iranjana Narges Mohammadi jaċċetttaw il-Premju Nobel għall-Paċi f’isimha

Aqra wkoll

It-tewmin tal-attivista Iranjana Narges Mohammadi, li bħalissa tinsab il-ħabs, aċċettaw il-Premju Nobel għall-Paċi f’isimha.

Is-Sinjura Mohammadi – li qed tiskonta piena ta’ 10 snin ħabs f’Tehran – rebħet dan il-premju għall-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-oppressjoni tan-nisa fl-Iran.
F’diskors li kitbet fil-ħabs u li nqara minn uliedha, hija ddenunzjat lill-gvern “tiranniku” tal-Iran.

“Il-poplu Iranjan, bil-perseveranza, se jegħleb ir-repressjoni u l-awtoritarjaniżmu,” hija qalet. “M’għandniex dubju, dan huwa ċert.”

Il-premju prestiġjuż għall-paċi ngħata f’Oslo l-Ħadd, flimkien mal-premjijiet Nobel l-oħra għal-letteratura, ix-xjenza u l-ekonomija.

Ekonomija

Sport