Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Under 16: Malta megħluba fit-tieni partita ta’ ħbiberija kontra l-Arabja Sawdija

Under 16: Malta megħluba fit-tieni partita ta’ ħbiberija kontra l-Arabja Sawdija

0
48
Ritratt:Kirsten Degiorgio

Malta………………….. 0

Arabja Sawdija…….. 2

L-Arabja Sawdija għelbet lil Malta 2-0 fit-tieni partita internazzjonali ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ timijiet nazzjonali ta’ taħt is-16-il sena, wara li fl-ewwel konfront nhar il-Ġimgħa l-Maltin kienu rebħu 3-2.

Malta bdiet b’mod organizzata, iżda Yazen Alabdrbalnabi resaq viċin li jiftaħ l-iskor fil-15-il minuta, qabel intervent tajjeb ta’ Jack Joseph Camilleri. Fid-29 minuta, Osameh Alshehri pprova xutt djagonali li għadda barra, filwaqt li Logan Farrugia ra t-tentattiv tiegħu salvat mill-goalkeeper Sawdi ftit qabel il-mistrieħ.

L-Arabja Sawdija fetħet l-iskor fl-44 minuta, meta Alshehri għeleb lil Zack Pule b’daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner, minkejja l-isforz tal-captain Malti, Zven Cutajar.

Fit-64 minuta, Hatan Alkhaebari rdoppja b’xutt fil-baxx minn tarf il-kaxxa. Erba’ minuti wara, huwa laqat il-lasta, qabel Sabri Alzubedi laqat il-mimduda u Alkhaebari skorja mir-rebound.

Alzubedi falla opportunità oħra fit-73 minuta, filwaqt li Joe Caruana resaq viċin li jnaqqas id-distakk fit-88 minuta, iżda t-tentattiv tiegħu ġie mblukkat minn Algunem.

Malta: Zack Pule (Sheldon Xerri 81), Jack Joseph Camilleri, Andvic Inguanez (Luke Mifsud 58), Zven Cutajar (Luke Bonanno 81), Isaak Montebello (James Azzopardi 81), Nathan Fasanelli (Jesmar Spiteri 62), Nikolai Vella Giordmaina (Giuseppe Saliba 81), Beppe Melarosa (Nathan Azzopardi 81), Enzo Romao (Elijah Olorundare 62), Logan Farrugia (Kaisaak Brincat Vella 62), Declan Zammit (Joe Caruana 62) – Coach: Davide Mazzotta

Arabja Sawdija: Abdulmohsen Algunem, Mubarek Almasrahi (Mohamed Alyami 60), Mohamed Alshowish, Hamam Sanari, Ahmed Altheabi (Khalid Al Arbi 71), Walid Alsulami (Hatan Alkhaebari 46, Omaer Alqquthami 81), Meshari Jumaan (Ahmed Alsalman 60), Abdulah Qaissi (Abdulah Almahri 60), Nawaf Almuzael (Sabri Alzubedi 46), Osameh Alshehri, Yazen Alabdrbalnabi – Coach: Pere Olive

Referee: Mark Azzopardi

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here