Tuesday, October 20, 2026
Home Sport Under 17: Il-coach nazzjonali, Jonathan Holland, isejjaħ skwadra ta’ 20 player għal...

Under 17: Il-coach nazzjonali, Jonathan Holland, isejjaħ skwadra ta’ 20 player għal kontra l-Ungerija

0
47
Ritratt: mfa.com.mt

Il-coach, Jonathan Holland, ħabbar skwadra ta’ 20 player għaż-żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija li t-team nazzjonali Malti ta’ Taħt is-17-il sena se jilgħab kontra l-Ungerija.

Malta se taffronta lill-Ungerija f’żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija barra minn xtutna din il-ġimgħa, bil-għan li tkompli takkwista esperjenza fil-livell internazzjonali.

L-ewwel partita se tintlagħab nhar it-Tlieta 20 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Taħriġ f’Telki, l-Ungerija, u tibda f’12.00 pm. It-tieni partita se tintlagħab nhar il-Ħamis 22 ta’ Ottubru, fl-istess post u fl-istess ħin.

Dawn iż-żewġ partiti se jagħtu lit-team l-opportunità li jkompli jiżviluppa u jittestja l-kapaċitajiet tiegħu kontra avversarji b’saħħithom, wara li aktar kmieni dan ix-xahar kien lagħab kontra l-Bulgarija.

L-iskwadra ta’ 20 player msejħa mill-coach Holland hija din:

Goalkeepers:Noah Mulholland (Hibernians), Pierluigi Micallef (St Andrews).

Difensuri:Andrei Agius (St Andrews), Zayden Azzopardi (Hamrun Spartans), Luke Buttigieg (St Andrews), Giorgio Cristauro (St Andrews), Liam Gatt (Hibernians), Kaiden Grixti (Hibernians), Matteo Mangion (Hamrun Spartans).

Midfielders: Ayrem Aquilina (Valletta), Mattias Borg (Hamrun Spartans), Nicholas Busuttil (St Andrews), Kyle Falzon (Melita), Sean Farrugia (Drogheda United – Repubblika tal-Irlanda), Jerome Gaffiero (Hamrun Spartans), Cole Zerafa (Hibernians).

Attakkanti: Gianni Camenzuli (Pietà Hotspurs), Matthew Higgans (Hamrun Spartans), Lukas Wright (mingħajr club), Gianni Zerafa (Hibernians).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here