Mil-lum sa nhar it-Tlieta li ġej jintlagħbu l-ħames u s-sitt ġranet tal-UEFA Nations League, hekk kif ikun magħruf il-kwadru komplet tal- aħħar tmienja minn Grupp A, kif ukoll tal-promozzjonijiet u tar-relegazzjonijiet tal-Gruppi inferjuri.
L-ewwel żewġ timijiet ta’ Grupp A jikkwalifikaw mal-aħħar tmienja biex jilagħbu fuq bażi ta’ żewġ legs biex jikkwalifikaw għall-fażi finali li se tintlagħab bejn l-4 u t-8 ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla.
Intant, il-Portugall, l- Italja u Spanja, diġá qatgħu l-passaġġ tagħhom.
Fi Grupp A hemm taqtiegħa interessanti bejn il-Kraozja u l-Polonja, bil- Kroati jkunu favoriti minħabba li l-Pollakki iridu jivvjaġġaw lejn il-Portugall.
Franza, huma viċin li jispiċċaw fit-tieni post ta’ Grupp B meta għandhom ħames punti vantaġġ fuq il-Belġju li proprju llum jilagħbu barra minn darhom kontra l-Italja.
Il-Ġermanja għandhom sieq waħda fil-kwarti-finali meta jonqoshom biss punt biex jaċċertaw minn Grupp C filwaqt li kollox għadu inċert bejn l-Olanda u l-Ungerija min minnhom se jispiċċa fit-tieni post … hekk kif l-Olandiżi se jilagħbu f’darhom fil-konfront dirett.
Fi Grupp 4, minkejja li d-Danimarka jinsabu fit-tieni post bi tliet punti vantaġġ fuq is-Serbja, kollox jista’ jseħħ minħabba li fl-aħħar partita tal-grupp huma jridu jaffrontaw lis- Serbja barra minn darhom f’atmosfera ostili.