Tuesday, May 14, 2024

UNL: Spanja fis-semi-finali b’rebħa fuq il-Portugall

Aqra wkoll

Meta ntlagħbet l-aħħar ġurnata tal-UEFA Nations League, Spanja kkwa­lifikaw għas-semi-finali me­ta barra minn darhom għelbu lill-Portugall bl-is­kor ta’ 1-0.

LEAGUE A – B’goal drammatiku skorjat fit-88 minuta minn Alvaro Morata, Spanja għelbu lill-Portugall  1-0 biex ingħaqdu mal-Olanda, il-Kroazja u l-Italja fis- se­mi-finali. 

L-Isvizzera għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 2-1 biex dawn tal-aħħar ġew relegati. Iż-żewġ goals tal-Isvizzeri waslu minn Remo Freuler (29) u Breel Embolo (30) filwaqt li Patrik Schick (45) wieġeb għaċ-Ċeki. 

LEAGUE B – L-Albanija rebħu lill-Islanda bl-iskor ta’ 1-0 li wara biss 11-il minuta kellhom lil Aron Gunnarsson imkeċċi għal karta ħamra diretta. L-uniku goal ġie skorjat minn Ermir Lenjani (35).

L-Irlanda għelbu lill-Armenja  3-2 b’goals minn John Egan (18),  Michael Oba­femi (52) u Robbie Brady (90 pen) filwaqt li Artak Dashyan (71) u Eduard Spertsyan (73) wieġbu għat-telliefa.  

Barra minn darhom, is- Serbia għelbu lin-Norveġja bl-iskor ta’ 2-0 b’goals minn Dusan Vlahovic (42) u Aleksandar Mitrovic (54). 

F’partita bilanċjata, l-Is­vezja u s-Slovenja temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Benjamin Sesko (28) li fetaħ l-iskor għall-viżitaturi iżda Emil Forsberg (42) kiseb id-draw għall-Isvezja. 

F’partita li ntlagħbet fil- Polonja minħabba l-gwerra f’pajjiżhom, l-Ukrajna u l- Is­kozja temmew fi draw 0-0.

LEAGUE C – Il-Greċja reb­ħu lill-Irlanda ta’ Fuq  bl-iskor ta’ 3-1. Dimitris Pelkas (14), Giorgios Masouras (55) u Petros Mantalos (80) kienu l-awturi tal-goals għall-Griegi filwaqt li Shayne La­very (18) wieġeb għall-Irlandiżi. 

Il-Kosovo rreġistraw reb­ħa kbira ta’ 5-1 fuq Ċipru bl-iskorers ikunu Florent Muslija (22), Donat Rrudhani (45), Elbasan Rashani (47) u Vedat Muriqi (52, 84) filwaqt li Valentin Roberge (81) irrisponda għal Ċipru. 

Sport