Monday, May 13, 2024

Ursula von der Leyen se terġa’ tikkontesta għal President tal-Kummissjoni Ewropea

Aqra wkoll

Ursula von der Leyen li bħalissa sservi fil-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-intenzjoni tagħha hi li terġa’ tikkontesta din il-kariga biex tmexxi l-Kummissjoni għal ħames snin oħra.

Din l-aħbar ingħatat minnha stess waqt laqgħa li kienet qiegħda tattendi fil-kapitali Ġermaniża Berlin.

Għal dawn l-aħħar ġimgħa fi Brussell kien hemm spekulazzjonijiet kbar dwar l-intenzjoni ta’ Ursula von der Leyen dwar jekk hux se terġa’ tikkontesta din l-elezzjoni biex iżomm il-kariga tagħha.

In-nomina tagħha tista’ tiġi kkonfermata fil-bidu ta’ Marzu waqt il-Kungress Annwali tal-Partit Popolari Ewropew li tiegħu Ursula von der Leyen tagħmel parti. Il-Partit Popolari Ewropew għandu sal-21 ta’ Frar biex jissottometti l-applikazzjoni għal kandidat li jrid biex iservi fil-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea.

Sport