Tuesday, April 30, 2024

Użaw il-flus li qalgħu fil-Praċett biex jgħinu lill-pazjenti ta’ Puttinu

Aqra wkoll

Naiell u Zachary, żewġt itfal li għadhom kemm irċivew is-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina, għażlu li jagħtu donazzjoni lil Puttinu minflok ma jaqilgħu xi rigali waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-Praċett.

Naiell preżentat donazzjoni ta’ €300 filwaqt li Zachary ta €100 lill-istess għaqda. Tħabbar din f’żewġ kitbiet separati fuq il-pjattaforma ta’ Facebook, minn Puttinu Cares.

Proset kbira lit-tnejn li huma talli għarfu u poġġew fil-prattika l-valuri tas-s-solidarjetà u l-ġenerożità. Jalla jkun hawn iżjed tfal bħalhom!

Sport