Tuesday, June 9, 2026

Valletta FC iħabbru l-akkwist tal-midfielder Kroat, Roko Prsa

Aqra wkoll

Valletta FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder Kroat, Roko Prsa.

Fi stqarrija, Valletta, qali li Prsa m’gaġdnu bżonn tal-ebda introduzzjoni fil-futbol lokali, u s ejkun qed jingħaqad mal-Beltin b’reputazzjoni mibnija fuq il-kwalità, l-intelliġenza, it-tmexxija u x-xewqa soda li jikseb l-unuri.

Magħruf għall-kalma tiegħu fil-pussess tal-ballun, il-viżjoni u l-abbiltà li jiddetta r-ritmu tal-logħba, Roko jġib miegħu esperjenza lill-iskwadra ta’ Valletta li qed tipprepara għall-isfidi li ġejjin kemm domestikament kif ukoll fl-Ewropa.

Valletta tennew li hekk kif qed ikomplu jibnu tim li kapaċi jikkompeti fl-ogħla livell, huma kburin li jilqgħu plejer ieħor li l-ambizzjoni tiegħu taqbel ma’ dik tal-Klabb.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport