Iċ-champions tal-BOV Youth League A, Valletta, telgħu biex jilagħbu kontra FK Partizani tal-Albanija fl-ewwel rawnd tal-kampanja taċ-champions domestiċi tal-UEFA Youth League. It-tlugħ tal-poloz sar nhar it-Tlieta f’Nyon.
L-ewwel leg se jintlagħab f’Malta fis-16 ta’ Settembru bil-logħba tar-ritorn skedata għall-14 ta’ Ottubru fl-Albanija.
Ir-rebbieħ se jiffaċċja lil FC Hradec Králové taċ-Ċekja fit-tieni rawnd, skedat għat-28 ta’ Ottubru u l-4 ta’ Novembru.
Din se tkun it-tieni darba li Valletta se jipparteċipaw fil-kompetizzjoni wara li ħadu sehem fl-edizzjoni tal-istaġun 2024/25.




