Valletta Pageant of the Sea- Spettakolari fil-Port il-Kbir

Ittella’ b’suċċess il-Valletta Pageant of the Sea il-Ġimgħa24 ta’ Lulju 2026, fil-Port il-Kbir.

Aqra wkoll

Organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bl-appoġġ ta’ Visit Malta, dan l-ispettaklu ttrasforma l-Port il-Kbir f’palk miftuħ fuq il-baħar. Diversi bċejjeċ tal-baħar, mużika, dawl, funtani, lasers u logħob tan-nar ingħaqdu f’esperjenza unika li ċċelebrat l-wirt marittimu Malti u s-sbuħija naturali u storika tal-Belt Valletta.

Din kienet esperjenza unika għal-eluf ta’ nies, familji, u turisti li għal kwazi 3 sigħat sħaħ inġabru madwar ix-xatt tal-Port il-Kbir bejn id-Dwana u l-Pixkerija l-Antika, kif ukoll għal dawk li sabu posthom isegwu minn postijiet oħrajn fil-għoli, bħall-Barrakka ta’ Fuq u s-swar ta’ Santa Barbara.

Ix-xeni li nħolqu fil-port meraviljuż ta’ pajjiżna, permezz ta’ wirja animata bi bċejjeċ tal-baħar ta’ kull tip isalpaw madwar il-Port il-Kbir, b’koreografija mill-isbaħ u mgħejjuna minn disinn spettakolari ta’ dwal, mużika, bandisti fuq luzzu ta’ Malta, funtani enormi fil-baħar b’ilma jiżfen, u l-għeluq stupend b’wirja ta’ loghob tan-nar tal-ajru minn fuq il-baħar fl-isfond tal-iswar tat-tliet ibliet, kienu ta’ bilħaqq spettakolari.

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha bħala l-organizzatur ta’ avvenimenti kulturali fil-beraħ ta’ livell għoli fil-Belt Kapitali. Il-Valletta Pageant of the Seas huwa eżempju ċar ta’ din il-viżjoni li tkompli ssaħħaħ il-profil tal-Belt Valletta bħala destinazzjoni kulturali ewlenija fil-Mediterran.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport