Saturday, May 4, 2024

Valletta Subbuteo Club fil-Finali taċ-Champions League

Aqra wkoll

Tmiem il-ġimgħa fenomenali għat-tim ta’ Valletta Subbuteo Club. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġiet organiżżat iċ-Champions League ġewwa l-Italja. Is-Sibt kien hemm il-logħob tal-gruppi. Fil-grupp ta’ Valletta Subbuteo Club kien hemm it-timijiet taljani Napoli Fighters u Mortellito, tim Grieg Proteas Athens u t-tim Belġjan AS Hennuyer.  Valletta Subbuteo Club rebħu l-grupp bla telfa. 

Il-Ħadd bdew b’rebħa kontra t-tim Grieg Noctuas Athens bl-iskor 3-0.  Din ir-rebħa waslithom sal-kwarti tal-finali kontra t-tim Malti ta’ Bormla SC.  Valletta rebħu bl-iskor ta 3-1.  Fis-semifinali Valletta kien imiss li jilgħabu kontra t-tim Taljan Eagles Napoli u rebħu bl-iskor ta’ 1-0.

Il-Finali kienet kontra t-tim Taljan Reggio Emilia. Kienet logħba akkanita ħafna.  Din id-darba t-tim taljan ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 2-1.

Dan kien riżultat storiku għat-tim ta’ Valletta Subbuteo Club. It-tim kien iffurmat mil-kaptan Samuel Bartolo, Derek Conti, Mark Gauci, Mario Camilleri, Joseph Borg Bonaci, u Belġjani Christophe Dheur u Ludovic Phontieux. Kienu akkumpanjati ukoll mill-President Felix Rizzo u l-president onorarju Alfred Fenech.

Sport